24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2012 — Mojo Concerts u Amsterdam Music Dome Exploitatie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-90/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Investiment tal-Gemeete Rotterdam fil-kumpless Ahoy’ - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta’ effett individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 89/36
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Mojo Concerts (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Amsterdam Music Dome Exploitatie BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Beeston, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Gross, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Noort, C. Wissels, M. de Grave, Y. de Vries u J. Langer, aġenti); Gemeente Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Feenstra u J. Fanoy, avukati); u Ahoy’ Rotterdam NV (Rotterdam) (rappreżentanti: inizjalment M. van der Woude u E. Offers, sussegwentement M. Maas-Cooymans, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6018 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-investiment magħmul mill-Gemeente Rotterdam fil-kumpless Ahoy’ [għajnuna mill-Istat C 4/2008 (ex N 97/2007, ex CP 91/2007)].
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Mojo Concerts BV u Amsterdam Music Dome Exploitatie BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Gemeente Rotterdam u minn Ahoy’ Rotterdam NV.
(3)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy