20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Strategi Group vs UASI RBI (STRATEGI)
(Kawża T-92/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali STRATEGI - Trade mark verbali preċedenti Stratégies - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2010/C 317/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Strategi Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Saunders, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reed Business Information (RBI) (Issy-Les-Moulineaux, Franza) (rappreżentant: A. Messas, avocat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1581/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Reed Business Information (RBI) u Strategi Group Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Strategi Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 16.05.2009
Full & Egal Universal Law Academy