10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — United Phosphorus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-95/09) (1)
(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva napropamide - Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Adozzjoni ta’ direttiva ulterjuri - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 362/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: United Phosphorus Ltd (Warrington, Cheshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Parpala u N.B. Rasmussen, sussegwentement L. Parpala, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 102, 01.05.2009.
Full & Egal Universal Law Academy