20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/43
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ April 2009 — UCAPT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-96/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)
2009/C 141/92
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Union des Coopératives agricoles des producteurs de tabac de France UCAPT (Parigi, Franza) (rappreżentanti: B. Peignot u D. Garreau, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Moore u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospenszjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy