26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2011 — UCAPT vs Il-Kunsill
(Kawża T-96/09) (1)
(Rikors ta’ annullament - Politika agrikola komuni - Regoli ta’ appoġġ għal bdiewa - Għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Nuqqas ta’ interess individwali - Inamissibbiltà)
2011/C 347/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France (UCAPT) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Peignot u D.F. Garreau, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
L-Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha
(1) ĠU C 90. 18.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy