29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2011 — Elosta vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-102/09) (1)
(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Nuqqas ta’ forza maġġuri - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà)
2011/C 319/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Abdelrazag Elosta (Pinner, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u A. McMurdie, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u M. Konstantinidis, agenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Szostak, G. Étienne, M. Josephides u E. Finnegan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, (ĠU L 345, p. 60), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
A. Elosta huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 13, 15.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy