26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2012 — Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-114/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Rimbors tal-għajnuna - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 151/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan u B. Martenczuken, sussegwentement B. Stromsky u L. Flynn, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment J. Bering Liisberg, sussegwentement C. Vang, aġenti, assistiti minn P. Biering u K. Lundgaard Hansen, avukati); u TV2/Danmark A/S (Odense C, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4224, tal-4 ta’ Awwissu 2008, fil-Kawża N 287/2008, dwar l-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija lil TV2 Danmark A/S.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Viasat Broadcasting UK Ltd, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tad-Danimarka u TV2 Danmark A/S għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy