26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2011 — Meridiana u Meridiana fly vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-128/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 347/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Meridiana SpA (Olbia, l-Italja); u Meridiana fly SpA, li qabel kienet Eurofly SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: N. Green, QC, K. Bacon, barrister, C. Osti u A. Prastaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u E. Righini, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, avvocati dello Stato); u Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA (Fiumicino, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) finali, tat-12 ta’ Novembru 2008 (Għajnuna mill-Istat N 510/2008 — Italja — Bejgħ tal-assi ta’ Alitalia).
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors preżenti.
(2)
Meridiana SpA u Meridiana fly SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Alitalia — Compagnia Aerea Italiana SpA.
(3)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 141, 20.06.2009.
Full & Egal Universal Law Academy