22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2010 — Maxcom vs UASI — Maxdata Computer (maxcom)
(Kawża T-155/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 134/61
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Maxcom sp. z o.o. (Tychy, il-Polonja) (rappreżentant: P. Kral, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Schimanek-Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Maxdata Computer GmbH & Co. KG (Marl, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1019/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Maxdata Computer GmbH & Co KG u Maxcom Sp. z o.o.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Maxcom Sp. z o. o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.
(1) ĠU C 153, 4.7.2009.
Full & Egal Universal Law Academy