6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-157/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli sabiex tiġi ppreżentata talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)
2010/C 301/52
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, agents, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-18 ta’ Frar 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-42/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż li jannulla dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 141, 20.6.2009.
Full & Egal Universal Law Academy