18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/12
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Mejju 2009 — Biofrescos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-159/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Preżentata tat-talba - Inammissibbiltà - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ urġenza”)
2009/C 167/25
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Biofrescos — Comércio de Produtos Alimentares, Lda (Linda-a-Velha, Il-Portugall) (rappreżentant: A. Magalhães Menezes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal, P. Guerra e Andrade u L. Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni li għadhom mhumiex dovuti mir-rikorrenti, safejn dan l-irkupru huwa ordnat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 72 finali, tas-16 ta’ Jannar 2009, li tikkonstata li hemm lok li jsir l-irkupru a posteriori tal-imsemmija dazji, u li r-remissjoni ta’ dawn id-dazji mhijiex ġustifikata fil-każ tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy