19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Kitou vs KEPD
(Kawża T-164/09) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 55/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Erasmia Kitou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: H. Hijmans u V. Pérez Asinari, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-KEPD tat-3 ta’ Frar 2009 meħuda fil-kuntest tal-fajl Nru 2008-0600 dwar ilment ta’ E. Kitou magħmul kontra l-proġett tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tiġi żvelata data personali.
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy