28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Digriet tar-rinviju - Deċiżjoni li ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell - Rikors għad-danni - Proċedura prekontenzjuża - Difetti proċedurali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)
2010/C 234/65
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Frar 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-70/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza.
(1) ĠU C 141, 20.6.2009.
Full & Egal Universal Law Academy