15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/22
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Ġunju 2009 — Z vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-173/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess ta’ terza persuna interessata għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa u li għadha ma ġietx ippubblikata - Talba għal miżuri provviżorji - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
2009/C 193/36
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Z (X, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grau u N. Jäger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Sauer, V. Bottka u A. Bouquet, aġenti)
Suġġett
L-aċċess għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2009 fi proċeduri taħt l-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.406 — Pajpijiet tal-baħar) u l-eliminazzjoni tal-isem tar-rikorrent fit-test ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda minħabba li saret bla skop.
2)
Dan id-digriet jannulla u jibdel id-digriet tas-6 ta’ Mejju 2009.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy