31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/38
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2010 — Z vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-173/09) (1)
(Aċċess għad-dokumenti - Inammissibbiltà - Ordni)
2010/C 209/59
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Z (Hannoversch Münden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grau u N. Jäger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Tordna lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, sabiex tindika lir-rikorrent, billi tagħtih aċċess għall-fajl tal-proċedura fil-Każ COMP/39.406 (pajpijiet tal-baħar) u b’mod partikolari tqiegħdlu għad-dispożizzjoni tiegħu kopja tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009, li timponi multa, jekk ismu jissemma speċifikament f’din id-deċiżjoni u, f’dan il-każ, tindika l-kuntest li fih ismu jissemma, it-tieni nett, telimina, b’mod li għad irid jiġi ppreċiżat wara l-għoti tal-aċċess għall-fajl, kull fejn jissemma ismu fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2009 u, fit-tielet nett, ma tiċċitahx speċifikament u ma tagħmel ebda referenza għal ismu fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2009.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Z huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 167, 18.07.2009
Full & Egal Universal Law Academy