16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-176/09) (1)
(Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni 2009/95/KE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju - Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh - Annullament parzjali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà)
2011/C 211/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Gvern ta’ Ġibiltà (rappreżentanti: D. Vaughan u M. Llamas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u D. Recchia, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u M. Muñoz Pérez, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterranju (ĠU 2009, L 43, p. 393), sa fejn din testendi s-sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), bl-ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà (kemm ġewwa kif ukoll barra s-sit UKGIB0002) u b’settur ta’ baħar miftuh.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Il-Gvern ta’ Ġibiltà huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009.
Full & Egal Universal Law Academy