28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2011 — Galileo International Technology vs UASI — Residencias Universitarias (GALILEO)
(Kawża T-188/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 25/100
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galileo International Technology (Bridgetown, Barbade) (rappreżentanti: M. Blair u K. Gilbert, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI,: Residencias Universitarias, SA (Valencia, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Frar 2009 (Każ R 471/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Residencias Universitarias, SA u Galileo International Technology, LLC.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy