26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/18
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Lulju 2009 — TerreStar Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-196/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni li tirrigwarda l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
2009/C 233/33
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TerreStar Europe Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Olofsson, avukat, u J. Killick, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Nijenhuis, assistiti minn K. Platteau u D. Van Liedekerke, avukati)
Suġġett
Essenzjalment, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar l-għażla tal-operaturi tas-sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, p. 65).
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy