9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Formenti Seleco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-210/09) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Importazzjoni ta’ settijiet tat-televixin tal-kulur provenjenti mit-Turkija - Rikors għad-danni - Preskrizzjoni - Inammissibbiltà)
2011/C 204/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Formenti Seleco SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Malatesta, G. Terracciano u S. Malatesta, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti tallega li subiet għaliex il-Kumissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex timpedixxi lill-awtoritajiet Torok milli jiksru l-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, meta tiġi ddeterminata l-oriġini tat-televixins tal-kulur provenjenti mit-Turkija importati fil-Komunità.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Formenti Seleco SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 167, 18.7.2009.
Full & Egal Universal Law Academy