21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2011– Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-239/09 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rifjut ta’ istituzzjoni li tiftaħ investigazzjoni - Proċedura prekontenzjuża - Rikors għad-danni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 152/35
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-146/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 193, 15.8.2009.
Full & Egal Universal Law Academy