24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk
(Kawża T-264/09) (1)
(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 282/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti); u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk
Suġġett
Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba, b’mod partikolari, dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
(2)
Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy