24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CIVR et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-303/09) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 194/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Conseil interprofessionnel des vins du Roussillon à appellation d’origine contrôlée (CIVR) (Perpignan, Franza); Comité national des interprofessions des vins à appellation d’origine et à indication géographique (CNIV) (Pariġi, Franza) u Interprofession nationale porcine (Inaporc) (Pariġi) (rappreżentanti: H. Calvet, O. Billard u Y. Trifounovitch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas, u l-aħħar minn B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, li tirrigwarda l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 244, 10.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy