10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/09) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2014/C 175/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Intercéréales (Pariġi, Franza) u Alain Grossi (Nîmes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn B. Le Bret u L. Olza Moreno, sussegwentement minn B. Le Bret u C. Renner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 244, 10.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy