26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2012 — Connefroy et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/09) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 151/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Philippe Connefroy (Le Rozel, Franza); Jean-Guy Gueguen (Carantec, Franza); u EARL de Cavagnan (Grézet-Cavagnan, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza (ĠU L 127, p. 11).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
P. Connefroy u J-G. Gueguen u l-EARL de Cavagnan huma kkundannati jħallsu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy