9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/13
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — RapidEye vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-330/09) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi skont il-qafas multisettorjali ta’ għajnuna reġjonali - Proġett ta’ sistema ta’ ġeo-informazzjoni permezz ta’ satellita - Talba għal konferma tal-portata ta’ deċiżjoni li tiddikjara għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni - Risposta tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)
2011/C 113/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RapidEye AG (Brandenburg an der Havel, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Jestaedt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2009, dwar l-għajnuna mogħtija lil RapidEye AG mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġeo-informazzjoni permezz ta’ satellita (Għajnuna mill-Istat CP 183/2009 — Il-Ġermanja; RapidEye AG (Kontroll ex-post MSR 1998 — N 416/2002)).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
RapidEye AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 7.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy