19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/29
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Novácke chemické závody vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-352/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)
2009/C 312/49
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novácke chemické závody, a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentant: A. Černejová, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy