19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2010 — General Bearing vs UASI (GENERAL BEARING CORPORATION)
(Kawża T-394/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GENERAL BEARING CORPORATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 55/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: General Bearing Corp. (West Nyack, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Dellmeier-Beschorner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 73/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GENERAL BEARING CORPORATION bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Generali Bearing Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 5.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy