28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-401/09) (1)
(Rikors għal annullament - Caħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għad-danni - Rikors għad-danni - Notifika ta’ appell lir-rappreżentant preċedenti tar-rikorrent - Nuqqas ta’ dannu - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2010/C 234/67
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja (rappreżentant: A. Placco, aġent)
Suġġett
Minn naħa, rikors għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jiċħdu t-talba għal kumpens għad-dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa waqt in-notifika lil Luigi Marcuccio tal-appell fil-kuntest tal-Kawża T-20/09 P u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio huwa kkunndannat għall-ispejjeż.
(3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 297, 05.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy