25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/26
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-402/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leġiżlazzjoni dwar il-kopertura tar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta’ marda - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u pazjalment manifestament infondat)
2011/C 186/48
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta’ Lulju 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-86/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.
(1) ĠU C 297, 05.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy