13.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/16
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-409/09) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Terminu ta’ distanza - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 238/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2004 li tiċħad l-offerta tiegħu u li kkonċediet il-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ servizzi informatiċi u l-provvisti konnessi li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Sajd”.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 11, 16.1.2010.
Full & Egal Universal Law Academy