7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2011 — Campailla vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/09) (1)
(Rikors għad-danni - Termini ta’ preskrizzjoni - Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà)
2011/C 139/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Massimo Campailla (Boulogne-sur-Mer, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Goergen, sussegwentement minn G. Reuter u C. Verbruggen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tintervjeni fi kwistjoni bejn ir-rikorrent u l-Istat tal-Kamerun.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 161, 19.6.2010.
Full & Egal Universal Law Academy