21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-440/09) (1)
(Responsabbilità mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Influwenza avjarja - Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur - Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ summien fost l-ispeċi ta’ tjur li jagħtu dritt għal kumpens - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Nuqqas ta’ rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2012/C 217/47
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Azienda Agricola Bracesco Srl – in liquidazione (Orgiano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Tosello, S. Rizzioli u C. Pauly, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006, tat-3 ta’ Lulju 2006, li jikkonċerna ċerti miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur f’ċerti Stati Membri (ĠU L 180 p. 3), inkwantu ma jipprovdix tali miżuri favur il-bdiewa tat-tjur involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-summien.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
Azienda Agricola Bracesco Srl – in liquidazione għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy