13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/47
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 — Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-443/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura għal sejħa għal offerti - Offerta miċħuda - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji - Telf ta’ opportunità - Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza”)
2010/C 63/83
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji dwar il-proċedura għal sejħa għal offerti EuropAid/127054/C/SER/Multi, dwar il-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir esklużivament favur pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy