24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2011 — van Arum vs Il-Parlament
(Kawża T-454/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 282/35
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Rinse van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappresentanti: J. F. de Wachter, K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009, van Arum vs Il-Parlament (F-139/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Rinse van Arum għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fl-ambitu ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 37, 13.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy