16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2011 — Y vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-493/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2011/C 211/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Y (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. Van Rossum, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment J. P. Keppenne u L. Lozano Palacios, sussegwentement J.-P. Keppenne u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-tielet Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2009, Y vs Il-Kummissjoni (F-29/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u li jitlob l-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Y għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 221, 14.8.2010
Full & Egal Universal Law Academy