20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-498/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Għoti ta’ punti ta’ prijorità - Oneru tal-prova - Drittijiet tad-difiża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2010/C 317/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-102/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
P. Kerstens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 51, 27.2.2010.
Full & Egal Universal Law Academy