16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2012 — Alstom vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-517/09) (1)
(Kompetizzjoni - Suq tat-transformers tal-elettriku - Deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni - Rifjut ta’ aċċettazzjoni tal-istabbiliment ta’ garanzija bankarja bħala forma ta’ kopertura temporanja tal-multa - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 174/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, N. von Lingen u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Min-naħa waħda, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 — Transformers tal-Elettriku), li jimponu multa fuq ir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad garanzija bankarja, bħala mezz ta’ rkupru temporanju ta’ din il-multa.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad garanzija bankarja, bħala forma ta’ kopertura temporanja tal-multa imposta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 — Transformers tal-Elettriku).
(2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 51, 27.02.2010.
Full & Egal Universal Law Academy