Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ April 2011 – Gruber vs UASI (Run the globe)
(Kawża T-12/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Run the globe – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20, 24-27)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1779/2007‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Run the globe bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Alexander Gruber
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Run the globe għal servizzi fil-klassi 41 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5154521
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alexander Gruber huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy