Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 taʼ Mejju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-17/09)
“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi tal-informatika dwar sistema ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (sistema EESSI) fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-persuni mobbli fl-Ewropa — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ interess ġuridiku — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”
1. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt permezz ta’ sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punt 37)
2. Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, li offerta tiġi miċħuda — Teħid inkunsiderazzjoni, bħala motivazzjoni, tar-risposti ta’ istituzzjoni għat-talbiet ta’ offerent eskluż — Kundizzjoni (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 38-45, 56, 73)
3. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-offerenti — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 65-68)
4. Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Kunċett — Rikors ippreżentat minn offerent, eliminat qabel l-istadju li jippreċedi d-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, kontra d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Esklużjoni — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 114, 117-120)
5. Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Dannu reali u ċert — Dannu li jirriżulta minn lucrum cessans — Dannu futur u ipotetiku — Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 122, 123)
6. Proċedura — Spejjeż — Kundanna tal-parti li tirbaħ li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti — Kundizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 87(3)) (ara l-punti 130-132)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti VT/2008/019 EMPL EESSI, dwar il-provvista ta’ prodotti u servizzi tal-informatika fil-qafas tas-sistema EESSI (ĠU 2008/S 111-148 213), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy