Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2010 – Procaps vs UASI – Biofarma (PROCAPS)
(Kawża T-35/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROCAPS – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti PROCAPTAN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 62, 66, 67)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2008 (Każ R 867/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biofarma SAS u Procaps, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja:
Procaps, SA
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali PROCAPS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35, 39, 40, 44 – Applikazzjoni Nru 3519394
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Biofarma SAS
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali PROCAPTAN għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud parzjalment
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Procaps SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy