Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch vs UASI
(Kawża T-47/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 29, 49, 50)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1094/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch eV
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 41 –Applikazzjoni Nru 4606372
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy