Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 – Herhof vs UASI – Stabilator (stabilator)
(Kawża T‑60/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva stabilator – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti STABILAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 51)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Diċembru 2008 (Każijiet R 483/2008‑4 u R 705/2008‑4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH u Stabilator sp. z o.o.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Stabilator sp. z o.o.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva stabilator għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 37 u 42 – Applikazzjoni Nru 4068961
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:
Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali STABILAT għall‑prodotti fil-klassijiet 1, 7, 11, 20, 37, 40 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni kkontestata miċħuda parzjalment u oppożizzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Herhof-Verwaltungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy