Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 – Mundipharma vs UASI – Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)
(Kawża T-76/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti mundipharma – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 31)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 825/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mundipharma GmbH u Asociación Farmaceuticos Mundi.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Asociación Farmaceuticos Mundi
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35 u 39 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4841136
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Mundipharma GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4304622 tat-trade mark mundipharma għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mundipharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy