Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 – hofherr communikation vs UASI (NATURE WATCH)
(Kawża T-77/09)
“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea –Trade mark verbali NATURE WATCH – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 23, 39)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1410/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali NATURE WATCH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
hofherr communikation GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali NATURE WATCH għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 43 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru WOO957541
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Hofherr communikation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy