Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – adp Gauselmann vs UASI – Maclean (Archer Maclean’s Mercury)
(Kawża T-106/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Archer Maclean’s Mercury – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Merkur – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 39, 40)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1266/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adp Gauselmann u Archer Maclean.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Archer Maclean
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Archer Maclean’s Mercury għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 – Applikazzjoni Nru 4290227
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
adp Gauselmann GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark verbali Merkur għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 28, 35, 37, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy