Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Icebreaker vs UASI – Gilmar (ICEBREAKER)
(Kawża T-112/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ICEBREAKER – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ICEBERG – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 48)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1536/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gilmar SpA u Icebreaker Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Icebreaker Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ICEBREAKER għal prodotti fil-klassijiet 9, 24 u 25 –Applikazzjoni Nru 3205523
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Gilmar SpA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Taljana ICEBERG għal prodotti fil-klassi 25, reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verbali ICEBERG għal prodotti fil-klassi 25, trade mark verbali Spanjola ICEBERG għal prodotti fil-klassi 25, trade mark verbali Taljana ICE għal prodotti fil-klassi 25, reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verabli ICE għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Icebreaker Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy