Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It‑Tieni Awla) tad‑9 ta’ Frar 2010 – PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack)
(Kawża T‑113/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SupplementPack – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 31, 37, 42, 48)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (Każ R 996/2008‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SupplementPack bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali SupplementPack għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 5, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 5433883
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy