Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)
(Kawża T-161/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ilink – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 27, 36, 37, 48)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2009 (Każ R 1849/2007‑4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ilink bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Ilink Kommunikationssysteme GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali ilink għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 5120911
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ilink Kommunikationssysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy