Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2010 – Vidieffe vs UASI – Ellis International Group (GOTHA)
(Kawża T-169/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOTHA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti gotcha – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ differenza bejn is-sinjali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 35)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 58)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Frar 2009 (Każ R 657/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Perry Ellis Group Holdings, Ltd u Vidieffe Srl.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja:
Vidieffe Srl
Trade mark Komunitarja kkonċernata
Trade mark verbali GOTHA għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 3665957
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Perry Ellis International Group Holdings, Ltd
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja figurattiva gotcha (Nru 289619) għal prodotti fil‑klassijiet 3, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell parzjalment milqugħ
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Frar 2009 (Każ R 657/2008-1) hija annullata sa fejn tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni, minn naħa, għall-“prodotti tal-ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda (mhux inklużi fi klassijiet oħra); bagolli u bagalji; umbrelel, parasol, bsaten u bsaten tal-mixi” inklużi fil-klassi 18 u, min-naħa l-oħra, għall-prodotti kollha inklużi fil-klassi 25.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Vidieffe Srl.
Full & Egal Universal Law Academy