Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-184/09)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor – Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 u Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 – Evalwazzjoni tar-riskju ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG – Prinċipju ta’ proporzjonalità”
1. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut definittiv ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal ċertu nfiq - Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel - Komunika mill-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki - Obbligu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż qabel il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifiki - Assenza - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Assenza (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8, u Nru 885/2006, Artikolu 11) (ara l-punti 39, 40, 44-48, 50, 52)
2. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG - Obbligu rispettiv dovut sempliċement għall-assoċjazzjoni stretta tal-Istat Membru destinatarju mal-proċess ta’ elaborazzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 56, 57)
3. Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Korrezzjoni finanzjarja - Kundizzjonijiet - Eżistenza ta’ nuqqas sinjifikattiv li jesponi lill-FAEGG għal riskju reali ta’ telf (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70 u Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 59-65)
4. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq irregolari - Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru - Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % tal-infiq - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet - Nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll suffiċjenti - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (Deċizjoni tal-Kummissjoni 2009/253) (ara l-punti 70-73)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar il-Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy